Bħala parti mill-Ġimgha Ewropeja tal-Isport, SportMalta li hija l-koodrinatriċi ta’ din l-inizjattiva tal-Unjoni Ewropeja f’pajjiżna, għalqet l-uffiċini u l-Kumplessi kollha tagħha bejn in-12:30 sa 13:30 sabiex il-ħaddiema jieħdu sehem f’mixja madwar il-Kottonera.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar qal li fi tielet ġurnata ta’ din il-ġimgħa kienet tiffokka fuq il-post tax-xogħol u għalhekk il-ħaddiema u l-management riedu jwasslu il-messaġġ li fil-ħin tal-brejk kulħadd jista’ jagħmel ftit eżerċizzju fiżiku.
Barra minn hekk qed iħeġġu lill-awtoritiajiet sew governativi kif ukoll privati biex jieħdu inizzjattivi biex l-impjegati jkunu iktar attivi.
L-attività li jmiss hija bi tema edukazzjoni bil-European School Sport Day nhar il-ġimgħa u l-Għeluq bil-Be Active Night fil-kumpless ta’ Kirkop, nhar is-Sibt mit-20:00 ‘il quddiem.
Għal aktar dettalji www.sportmalta.org.mt jew il-facebook page BeActive Malta.