Bħalissa qed tittella’ festa ta’ kuluri fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamangia.
Din l-inizjattiva bdiet sentejn ilu permezz tal-programm ‘Minn Banda Għal Oħra’. Din is-sena bosta soċjetajiet mużikali u għaqdiet relatati mal-festi laqgħu l-istedina tal-programm ‘Minn Banda Għal Oħra’ f’isem l-istazzjon ONE Radio, sabiex jagħtu d-demm flimkien. Il-maġġoranza tal-Għaqdiet Mużikali, Għaqdiet u Kumplessi tan-Nar fost oħrajn, qed jappoġġjaw din l-inizjattiva.
Id-donaturi ġew mistiedna sabiex jagħtu d-demm bil-flokkijiet uffiċjali tal-festi rispettivi biex tintwera l-għaqda bejn l-Għaqdiet Mużikali f’pajjiżna. Huwa ġest sabiħ li dilettanti tal-festi minn lokalitajiet differenti ngħaqdu lkoll flimkien għal din l-attività.
Waqt din l-attività ONE Radio se jkun qed ixandar dirett miċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm.