Il-Gvern allokka 5 miljun ewro għall-innizjativa Prima. Inizjattiva li ġiet innegozjata waqt il-presidenza tal-kunsill tal-Unjoni Ewropea f’pajjiżna.
Riċerkaturi se jingħataw fondi għar-riċerka u innovazzjoni fl-oqsma tas-sistema tal-ikel fl-agrikultura , immaniġġjar tal-ilma u agrikultura sostenibbli. Dan se jagħti possibilità sabiex ricerkaturi Maltin jaħdmu fuq riċerka mar-riċerkaturi barranin, ġejjien minn 19-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea u anki barra mill-Unjoni Ewropea.
Is-segretarju parlamentari Silvio Schembri qal li l-tibdil soċjali qed ikollu impatt fuq l-industrija. Filwaqt li tenna l-importanza tar-riċerka f’dan il-qasam, huwa ddeskriva l-programm Prima bħala storja ta’ suċċess.