Inħossni grata li kont parti mill-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena.
Dan kien il-messaġġ li kitbet l-Ambaxxatriċi Maltija Destiny wara l-prestazzjoni li tat waqt il-finali tal-Eurovision f’Rotterdam l-Olanda.
Destiny irringrazzjat lil kulħadd tal-imħabba u appoġġ li wrewha. Dan filwaqt li rringrazzjat lit-tim ta’ madwarha li għenuha.
Hi sostniet li tħossha kburija u ferħana u tinsab żgura li l-vjaġġ tagħha mhux ser jintemm hawn, anzi ser ikompli.
Destiny temmet il-messaġġ tagħha billi rringrazzjat lill-familja tagħha tal-appoġġ kontinwu.
B’mod speċjali l-kantanta Maltija wriet sens ta’ gratitudni lejn n-nannu tagħha li qed iħarisha.