“Wara r-riżultat, mhux dak li ksibt jien biss iżda anke li ksibna bħala partit, inħossni emozzjonata u vera ċkejkna quddiem riżultat bħal dan.”
Din kienet l-ewwel reazzjoni tal-MEP Laburista Miriam Dalli wara li ġiet eletta fil-Parlament Ewropew bl-akbar għadd ta’ voti fost il-membri Parlamentari Maltin eletti, b’63, 438 vot
Fl-ewwel reazzjoni li tat waqt ONE Breakfast, Dalli qalet kif għaliha din tfisser responsabbiltà ħafna akbar fejn se tkun qed tagħmel l-almu kollu tagħha biex tirrappreżenta lil pajjiżna.
Isma’ hawn isfel ir-reazzjoni kollha tal-MEP Miriam Dalli.
Intant fi stqarrija, Miriam Dalli tat ħajr lill-votanti kollha li wrew fiducja fiha.
Qalet li r-rizultat ta’ 63,438 votant li f’dawha fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew huwa sodisfacenti iżda jimliha b’responsabilità biex tkompli taħdem favur Malta u Għawdex.
“Fuq kollox grazzi lill-poplu Malti u Għawdxi ta’ dan ir-riżultat elettorali wera li ahna bhala poplu verament ghandna lil Malta f’qalbna”, qalet Dalli u qalet li tinsab impnjata li minn dan ir-riżultat igawdi l-poplu Malti u Għawdxi kollu.
“L-impenn tieghi huwa li nkompli naħdem biex nirrappreżenta lill-elettorat kollu kemm hu. Jeħtieġ li naħdmu flimkien bħala poplu wieħed, jeħtieġ naħdmu b’leħen wieħed, sod u magħqud. Irridu nwarrbu d-differenzi ta’ bejnietna u niffokaw fuq dak li jgħaqqadna. Mghaqudin flimkien nistghu naslu ghal rizultati pozittivi li jkunu ta’ gid ghac-cittadini u l-gzejjer taghna”, qalet Dalli.
“Hija żiedet tgħid li fil-ġimghat, xhur u snin li ġejjin, se tkompli tibni fuq ix-xogħol li għamilna u rrid naħdem bis-sħiħ biex nindirizzaw sfidi ġodda. Fost dawn ugwaljanza effettiva; ħidma biex pajjiżna jkun minn ta’ quddiem fl-innovazzjoni; focus fuq l-ambjent u ħidma biex kulħadd ikollu l-opportunità u l-ħeġġa jeduka ruħu, jekk hux fuq livell akkademiku jew inkella permezz ta’ snajja’. Fuq kollox, se naħdem biex pajjiżna jieħu dak li jixraqlu; mhux min iżebilħu imma min juri li pajjizna mimli b’nies bieżla li meta jaħdmu flimkien b’viżjoni, jaslu”, qalet l-ewroparlamentari Laburista.
“M’huwiex id-daqs tagħna li jiddistingwina. Hija l-atitudni tagħna, ir-rieda tagħna, it-twemmin tagħna fina nfusna bħala poplu”, qalet Dalli.
“Il-gratitudni tiegħi lejn dan il-vot ta’ fiduċja mill-elettorat se nibda nsarrafha f’xogħol mill-iktar fis, b’sens ta’ lealtà lejn dak li dejjem sħaqt dwaru. Inħares ’l quddiem lejn aktar ħidma u se nagħmel l-almu kollu tiegħi biex flimkien inwasslu lil Malta fil-Livell Li Jmiss,” temmet tgħid l-ewroparlamentari.