Diċembru huwa x-xahar tal-festi. Ħafna jiddiskrivuh xahar ta’ ċelebrazzjonijiet, iżda għal xi wħud li tilfu lil xi ħadd għażiż f’dawn il-jiem, jista’ jagħti l-każ li dan ix-xahar iġib dieqa. Għal familja tal-kantant Kevin Borg, ix-xahar ta’ Diċembru jibda bit-tifkira tal-mewt ta’ ommu.

‘‘Qatt m’hi faċli li tispjega. Jgħaddi kemm jgħaddi żmien, il-firda minn mal-omm tibqa’ tħossha daqs li kieku l-ħaġa ġrat ilbieraħ. Ċert li inti anġlu li tħarrisna kuljum. Inħobbok u nimmisjak kuljum, Ma”
Kevin Borg

Kevin esprima d-dieqa personali tiegħu għal din il-firda, filwaqt li ppublika ritratt ta’ meta hu kien għadu tarbija f’idejn ommu. Omm Kevin kienet ġiet nieqsa ġurnata qabel għeluq sninha ta’ 19-il sena ilu. Fl-2006, Kevin Borg kien ħa sehem għal ewwel darba fil-festival kanzunetta għall-Ewropa bil-kanzunetta ”You’re my dream”, kanzunetta li hu kien iddedika lil ommu tant li fl-aħħar tal-interpretazzjoni kien ħares ‘l fuq u ta’ bewsa b’tislima lejha.
Segwi hawn lil Kevin Borg bil-kanzunetta ”You’re my dream”