“Inħobbok għal dejjem u se tibqa’ f’qalbi għal dejjem.”
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan kien il-messaġġ tal-għarus ta’ Kristina Emzy. It-tfajla ta’ 23 sena li lbieraħ tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku fl-Imrieħel.
Kienu bosta li kitbu messaġġi ta’ dieqa wara li saru jafu bit-telfa ta’ ħabiba tal-qalb, b’uħud jirrakkontaw mumenti ħelwin li kellhom mat-tfajla.
Minn żjarat sal-baħar, sa anke mumenti importanti bħall-gradwazzjoni, ir-ritratti ma waqfux fuq il-midja soċjali fejn iddeskrivew lil Kristina bħala tfajla bi tbissima dejjem fuq fommha li lesta tagħti qalbha.
Kristina kienet magħrufa sew fil-komunità tal-attivisti favur id-drittijiet tal-annimali hekk kif kienet taħdem qatigħ biex tgħin bosta klieb isibu familja biex tadottahom.