Raġel li ingħata multa ta’ ‘l fuq minn nofs miljun ewro, b’rabta ma’ kuntrabandu li allegatament instab fil-pussess tiegħu, inħeles minn kull akkuża wara appell li għamel.
George Vella kien instab ħati b’pussess ta’ sigaretti, tabakk u alkoħol, li ma kinux iddikjarati, u b’hekk ġie sentenzjat għal 8 xhur priġunerija sospiżi għal 3 snin u multa ta’ €450,554.73.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Conseulo Scerri Herrera, osservat li ma kienet saret ebda inkjesta maġisterjali u li l-ħażna ta’ allegat kuntrabandu ma ġietx esebita b’mod ċar mill-Prosekuzzjoni.
Intqal li l-Prosekuzzjoni missha esebiet ritratti ċari tal-kaxxi miftuħin bl-affarijiet fihom, u b’hekk inħeles minn kull akkuża.
Il-Maġistrat qalet li assunzjonijiet m’għandhomx posthom fil-Qrati.