Żagħżugħ ta’ tnejn u għoxrin sena nħeles mill-arrest fuq akkużi ta’ droga.
L-imputat allegatament kellu fil-pussess tiegħu droga sintetika u ammont ta’ kannabis kif ukoll oġġetti b’ponta u li jaqtgħu.
Il-każ kien aggravat għaliex seħħ f’post qrib fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ.
Iż-żagħżugħ inħeles mill-arrest fuq garanzija ta’ tlett elef ewro.
Il-Qorti ordnat lill-imputat, li m’għandux indirizz fiss, imur jiffirma darbtejn fil-ġimgħa fl-għassa ta’ Bormla.