Antonio Briffa ta’ 41 sena u li jaħdem ta’ delivery man inħeles mill-akkużi ta’ frodi fuq kumpanija tal-ikel.
Il-każ imur lura għall-2009 meta Briffa ġie akkużat li froda lil din il-kumpanija aktar minn €100,000 u li żied fil-kont prodotti li qatt ma ngħataw lill-kumpanija tal-ikel.
Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Neville Camilleri nnutat kif il-prosekuzzjoni naqset milli tipprova l-akkużi fuq firem foloz u b’hekk ħelset lill-Briffa minn dawn l-akkużi.