Il-Ministeru responsabbli mir-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni ħabbar il-kompożizzjoni tal-Bord għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol skont l-Att il-ġdid li kien approvat unanimament fil-Parlament.

Fi stqarrija mill-Ministeru ntqal li l-Ministru Jonathan Attard laqa’ u rringrazzja liċ-Chairperson u l-kumplament tal-membri tal-Bord tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol li daħlu għal dan l-inkarigu f’mument fejn is-settur għaddej minn riformi kontinwi intiżi li jkomplu jgħollu l-istandards u l-protezzjoni tal-ħaddiema kollha.
Il-bord ser ikun immexxi mis-sur Pierre Fava wara li ġie approvat unanimament mill-kumitat tal-ħatriet pubbliċi tal-Parlament.

Adrian Cauchi se jkun Viċi Chairperson u l-membri huma Dianne Vella Muscat, Dr Zaid Teebi, Dolan Debattista, Victor Carachi, Isabelle Farrugia, Joseph Delia u Andrew Aquilina. Dan filwaqt li Dr Marouska Debono.