Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista ħa d-deċiżjoni li l-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Forum Żgħażagħ Laburisti li kellha ssir f’Marzu se tkun posposta għas-sena 2021.
L-Eżekuttiv Nazzjonali ħa d-deċiżjoni li l-eżekuttiv il-ġdid tal-FŻL se jkun hekk:
- President – Georvin Bugeja
- Viċi President – Matthew Chetcuti
- Segretarju Ġenerali – Maria Ellul
- Deputat Segretarju – Philip Edric Zammit
- Uffiċjal Finanzjarju – Kearon Bruno
- Uffiċjal Internazzjonali – Scott Camilleri
- Uffiċjal għall-Informazzjoni – Jake Seracino
- Uffiċjal Politiku – Miguel Cauchi
- Uffiċjal għar-Riżorsi Umani – Mikela Abela
- Uffiċjal għall-Attivitajiet – Donnha Barbara
- Membri Uffiċjali – Miguel Abela; Terence Agius; Nolan Camilleri; Tonio Farrugia; Martina Grech; Darren Lynch; Maxilin Pisani; Joslyn Saliba; Kaydem Schembri; Carlos Zarb.
Il-Forum Żgħażagħ Laburisti jirringrazzja lill-membri tal-Eżekuttiv uxxenti mmexxi minn Dr Naomi Cachia li matul dawn it-tliet snin taw is-servizz tagħhom lejn il-fergħa taż-żgħażagħ tal-Partit Laburista, u li matulhom intwera biċ-ċar kemm dan il-Partit huwa lest li jkompli jiġġeded bis-saħħa tal-enerġija żagħżugħa, t’etajiet differenti fosthom tal-membri tal-Ġenerazzjoni 16. Din id-determinazzjoni intweriet infatti meta l-Partit Laburista naqqas l-età tas-sħubija minn 16 għal 14-il sena – pass importanti wara li ingħata d-dritt tal-vot liż-żgħażagħ ta’ 16 u 17.
L-FŻL se jibqa’ kommess u qiegħed iħares ‘il quddiem biex taħt it-tmexxija l-ġdida jisma’ aktar l-opinjonijiet taż-żgħażagħ u jagħtihom l-opportunità li jkunu protagonisti fil-bidliet il-kbar li hemm bżonn isiru f’pajjiżna. Matul is-sena li ġejja, il-FŻL se jkun qed ifakkar ukoll is-70 Anniversarju mit-twaqqif u fix-xhur li ġejjin se jitħabbru inizjattivi biex din is-sena ma tkunx biss sena li tikkommemora, iżda waħda li tkompli ġġedded lil din il-fergħa fi ħdan il-Partit Laburista u tibqa’ żżommha bħala l-akbar forza politika taż-żgħażagħ f’Malta.