Ir-riforma li jrid iwettaq il-Gvern favur aktar trasparenza u saltna tad-dritt fil-proċessi tal-inkjesti se tagħti salvagwardji ċari u tneħħi lok għal abbużi.
Dan intqal fi stqarrija mill-Partit Laburista li qal li l-ebda dritt leġittimu ta’ kull ċittadin f’dan il-pajjiż mhu se jiġi mċaħħad.
Jiddejjaq biss minn dawn il-bidliet favur il-ġustizzja, min għandu l-faħam miblul u jfajjar bl-addoċċ bl-iskop li jkisser lin-nies b’mod malinn.
“L-istess bħal min jammetti għal aktar minn darba li hu giddieb u dakinhar li jerġa’ joħroġ ta’ giddieb isib refuġju fl-Oppożizzjoni.”