Ser nimxi ġurnata b’ġurnata billi mmur l-iskola u mmur għat-terapija fl-isptar. Dawn kienu l-ewwel reazzjonijiet ta’ Christopher Bartolo li ngħata l-ħelsien mill-arrest temporanju wara li kien hemm qbil fil-Kabinett, li dan il-ġuvni li huwa marid serjament fil-kliewi għandu jingħata l-kura lil’hinn mill-kanċell u l-erba’ ħitan tal-ħabs. Crew ta’ One News mar quddiem il-ħabs fejn segwa mill-qrib il-ħelsien mill-arrest ta’ dan iż-żagħżugħ. Id-dettalji.Qas naf x’naqbad nghid- emminni bla kliem qiegħed- cempluli biex immur fl-uffiċċju tal-maġġura u qaluli biex qed jistennew il-karti mill-President ġejjin. Għiditilhom x’ġara jiena? qaluli għalissa tagħmel xejn- aqra l-karti u ffirma- bqajt bla kliem jiena.
Il-kabinett wasal għal din id-deċiżjoni wara li professur mediku u indipendenti kien tal-parir li jkun aħjar għal saħħet Christopher Bartolo li jingħata l-kura id-dar kif ukoll l-isptar.
Malli ħareġ mill-bieb tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, Christopher Bartolo intlaqa mit-tfajla tiegħu Rachel Borg, l-membri tal-familja kif ukoll mill-Avukat Difensur Dr Franco Debono li kienu miegħu tul it-telgħa tal-kalvarju. Mistoqsi minn ONE NEWS dwar kif ser iqatta l-ewwel ġurnata tiegħu il-bogħod mill-kanċell tal-ħabs bi tbissima fuq fommu qal li bilmod ser jerġa jaqbad ir-rutina:
It-tfajla ta’ Christopher Bartolo- Rachel qasmet ma’ ONE NEWS ir-reazzjoni li kellha malli saret taf bl-aħbar li l-għarus tagħha kien ser joħroġ mill-ħabs:
Ċempluli u qaluli nħeles- u għedt forsi qed jiċċajtaw- ma tkunx tista temmen mbagħad bdejt nara l-aħbarijiet u bdejt ngħajjat u nwerzaq u xtaqtu li kien ħdejja għax aqta kemm kont nagħfsu.
Meta mistoqsija dwar xi tfisser għaliha din id-deċizjoni li ttieħdet mill-Kabinett, Rachel qalet li issa tista sserraħ moħħha li l-għarus tagħha jista’ jieħu aktar ħsieb saħħtu:
Kont nibza dejjem li ser jiġrilu xi ħaġa. Illum il-gurnata nista’ ngħid li qegħdin fil-kontroll tas-sitwazzjoni u huwa stess jista’ jieħu ħsieb b’mod aħjar lilu nnifsu.
Kemm Christopher Bartolo kif ukoll it-tfajla tiegħu Rachel irringrazzjaw lil kull min kien ta’ għajnuna u sostenn f’din il-kawża umanitarja.