Ingliża li qatlet lil bintha ta’ erba’ snin bħala ‘sagrifiċċju’ mhux ma nstabitx ħatja ta’ qtil minħabba li hija għandha kundizzjoni severa ta’ saħħa mentali.
Carly Ann Harris ta’ 38 sena nstabet mhux ħatja tal-qtil makabru ta’ bintha minn Qorti f’Newport, Wales. Il-Qorti semgħet kif l-omm sofriet minn problemi estremi ta’ saħħa mentali, tant li ħasbet li b’għemilha kienet qed issalva lill-umanità.
Il-Qorti ordnat li l-mara tintbagħat fi sptar li jispeċċjalizza f’każijiet bħal dawn biex tingħata l-kura meħtieġa.