Raġel Ingliż ta’ 24 sena tilef ħajtu wara li safa attakkat minn kukkudrill viċin il-bajja ta’ Arugam f’ Sri Lanka.
Skont xhieda fil-post Paul McClean- li kien ġurnalist finanzjarju, ġie mkaxkar mill-kukkudrill għal ġewwa x-xmara wara li dan mar jaħsel idejh fl-ilma tagħha.
Il-pulizija lokali kkonfermat li l-ġisem tas-Sur McClean instab f’laguna minn tim tat-tiftix tal-flotta tal-iSri Lanka.
L-editur tal-Financial Times Lionel Barber qal fuq Twitter: “Paul McClean kien ġurnalist żgħażugħ promettenti b’futur kbir fl-FT. In-nuqqas tiegħu ser jinħass.”