Brian Ciarlo ta’ sitta u tletin sena mill-Ingilterra ġie kkundannat sentenza sospiża ta’ ħabs wara li ammetta li seraq minn ħanut f’San Pawl il-Baħar, kmieni it-Tlieta filgħodu.
Ir-resident minn San Pawl il-Baħar irriffjuta li jkollu għajnuna legali u spjega lill-Qorti li kien jinsab mingħajr xogħol.
Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Maurice Curmi spjegat kif il-flus misruqa ngħataw lura lis-sid tal-ħanut.
Il-Qorti nnutat li l-akkużat ammetta mill-ewwel għall-akkużi miġjuba kontrih u b’hekk ingħatatlu sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn.