Simon Lee Gettings, Ingliż ta’ wieħed u erbgħin sena, ġie kkundannat sena ħabs sospiża għal sentejn wara li ammetta li hedded uffiċjal pubbliku, li kkommetta serqa u li kien fis-sakra fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Ir-raġel, li m’għandux indirizz fiss f’pajjiżna, ammetta li fid-9 ta’ Frar li għadda għall-ħabta tal-għaxra u kwart ta’ filgħaxija wettaq serqa ta’ disat ifliexken birra, żewġ sandwiches u wrap minn kafetterija.
Meta ġiet biex tagħti is-sentenza tagħha, il-Qorti qieset il-fatt li l-akkużat ammetta fi stadju bikri u anke li kien hemm koperazzjoni sħiħa mal-Pulizija tul l-investigazzjoni.