Ingliż wieġeb mhux ħati u ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat bi traffikar ta’ droga. Michael Haern ta’ 33 sena ġie akkuzat li fl-14 ta’ Ġunju u x-xhur ta’ qabel kellu fil-pussess tiegħu droga kannabis mħux għall-użu personali tiegħu, li kienet lesta biex tigi ttrafikata u li kien ukoll ricediv.
Il-Prosekuzzjoni talbet għall-iffriżar tal-assi tal-akkużat, bl-avukat tiegħu Gianella De Marco rrimarkat kif isofri minn ansjetà u talbet biex jingħata l-kura meħtieġa. Il-każ mistenni jkompli jinstema fid-19 ta’ Ġunju li ġej quddiem il-Magistrat Neville Camilleri.