Żgħażugħ Ingliż ta’ 17-il sena ngħata multa ta’ €3,000 wara li, fil-Qorti, ammetta li aggredixxa żewġ uffiċjali tal-pulizija fis-Swieqi.
Il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Zachary Zammit, xehed kif żewġ pulizija kienu ntbagħtu f’Tal-Ibraġ, fejn sabu żewġ nisa viżibilment imnikkta bilwieqfa ħdejn il-karozza, bl-imputat fiha jgħajjat magħhom.
Wara li nħareġ mill-vettura, l-imputat ipprova jaħrab mill-pulizija. Huwa ntsab ftit tal-ħin wara, u kien hawn li l-imputat attakka u darab lill-istess pulizija.
Meta kkundannat liż-żagħżugħ, il-Qorti osservat li l-imputat huwa minorenni u, sussegwentement, kien ikkopera mal-awtoritajiet. Huwa ġie mmultat €3,000, li l-Qorti ordnat li jridu jitħallsu fi żmien sena.