Kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-4.20a.m, Ingliż ta’ 27 sena waqa’ għoli ta’ madwar sular f’residenza l-Mellieħa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li għal xi raġuni tela’ fuq ħajt fl-istess residenza fi Triq il-Pont, għoli madwar sular u waqa’ għal isfel. Ir-raġel ittieħed l-isptar għall-kura fejn iktar tard il-Pulizija ġiet infurmata li kien jinsab f’qagħda kritika.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr G Vella LL.D li ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta.
L-investigazzjonjiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.