Ingliż ta’ 48 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn bollard fix-Xlendi, Għawdex.
Minn stħarriġ preliminari li sar, jidher li għal xi raġuni il-bollard waqgħet għal isfel fi Triq San Xmun, ix-Xlendi.
Ir-raġel ittieħed minnufih l-Isptar ta’ Għawdex fejn qed jingħata l-kura għal ġrieħi gravi.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal fl-inkjesta li ħatar diversi esperti sabiex jgħinuh fl-inkjesta, u l-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.