Ingliż ġie arrestat fil-Ġermanja fuq suspett ta’ spjunaġġ għar-Russja. Dan l-arrest sar wara investigazzjoni konġunta bejn ir-Renju Unit u l-Ġermanja.
Il-Prosekuturi federali Ġermaniżi qalu li r-raġel, li qed jirreferu għalih bħala David S., ħadem fl-Ambaxxata Ingliża f’Berlin.
Huwa allegatament għadda dokumenti lill-intelliġenza Russa għal somma flus.
Kelliem għall-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Ġermaniż tenna li l-gvern jikkundanna dan l-att filwaqt li qed jittratta dan il-każ b’serjetà liema bħalha hekk kif spjunaġġ fuq art Ġermaniża minn persuna meqjusa bħala alleat huwa inaċċettabbli