Ġuvni ta’ wieħed u għoxrin sena minn Oxford ġie akkużat li huwa membru tal-Istat Iżlamiku.
Dan sostnuh uffiċjali mir-reġjun Kurd fis-Sirja.
Jack Letts, ivvjaġġa lejn is-Sirja fl-elfejn u erbatax u aktar tard inqabad mill-YPG immexxi mill-Kurdi – il-grupp li qed jiġġieled kontra l-Istat Iżlamiku.
Letts inqabad f’Mejju li għadda u aktar kmieni, kien kontra l-Istat Iżlamiku.
Din hija l-ewwel darba li l-forzi Kurdi kkonfermaw il-qbid ta’ Letts bħala priġunier tal-gwerra