Fi żmien xahar, ingħataw 17,953 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 lil tfal li għandhom bejn il-ħames snin u il-ħdax-il sena.
Dan intqal mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne waqt li kien qed iwieġeb mistoqsijiet parlamentari fis-seduta tal-Ħamis.
Chris Fearne qal kif s’issa 5,069 tifel u tifla ħadu t-tieni doża.
It-tilqim ta’ dawn it-tfal wasal f’pajjiżna f’Diċembru, wara li dan ġie approvat mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini.
Id-Deputat Prim Ministru qal ukoll kif fil-kategorija ta’ età ta’ dawk bejn is-16 u d-29 sena ngħataw 164,548 doża tal-vaċċin.
Minn dawn 81,029 doża kienu tat-tieni doża.
Chris Fearne żied jgħud ukoll kif 46,082 persuna minn din il-kategorija ta’ età ħadu d-doża tal-booster.
Hawnhekk id-Deputat Prim Ministru fakkar kif il-booster qed tingħata lil dawk li għandhom ’il fuq minn 18-il sena.