Axel Vella ta’ 24 sena mill-Isla kien mmultat €1,000 u kkundannat sena ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest f’każ pendenti.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Mark Mercieca spjegat li ż-żgħażugħ naqas milli jiffirma darbtejn fl-għassa tal-Pulizija u ħareġ minn daru f’ħinijiet li kellu jkun ġewwa.
L-avukat difensur Arthur Azzopardi qal li l-imputat ħareġ ifittex lis-sieħba tiegħu li kienet fl-akkwati ta’ Paceville biex jirranġa xi differenzi li kellu magħha.
Il-Maġistrat Ian Farrugia nnota l-fedina penali tal-imputat, u wissietu biex ma jerġax jiżbalja.