Edward Grech ta’ 35 sena mill-Għargħur ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ seba’ mija u ħamsin ewro u garanzija personali ta’ tmint elef ewro wara li f’Ottubru li għadda tressaq il-qorti mixli li kellu d-droga kannabis.
Huwa kien tressaq il-Qorti flimkien ma’ Anne Axiak ta’ 47 sena u Abdillahi Jamale Hassan ta’ 31 sena wara li nqabdu bid-droga f’ċirkostanzi li ma kinux juru li hija għall-użu personali.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli ordnat lir-raġel biex jiffirma tliet darbiet fil-ġimgħa u ma joħroġx mid-dar fil-ħinijiet indikati mill-Qorti.