Ġuvni ta’ 18-il sena mir-Renju Unit li joqgħod in-Nadur, tressaq quddiem il-Qorti t’Għawdex. Huwa kien mixli b’pussess aggravat ta’ droga kannabis.
Mis-seduta ppresseduta mill-Maġistrat Briggitte Sultana ħareġ lid-droga ma kinitx għall-użu personali.
Huwa ġie akkużat ukoll bi traffikar tad-droga kannabis u li wettaq dan ir-reat f’inqas minn mitt metru ta’ post fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ.
L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu, u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq
diversi kundizzjonijiet.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.