Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ħelset mill-arrest b’għadd ta’ kundizzjonijiet lil Temeseghen Teclehaimanot Kelata ta’ 24 sena mill-Eritrea u li joqgħod Birkirkara.
Quddiem il-Qorti, huwa ammetta li, fil-15 ta’ Novembru li għadda, kiser il-paċi pubblika meta ħebb għal pulizija tal-komunità, heddidha, u kkaġunalha ġrieħi meta gidimha f’subgħajha ta’ idha l-leminija. Dan seħħ waqt li kien qed jittieħed l-lejn l-għassa tal-Ħamrun wara li l-pulizija kienet ġiet infurmata li r-raġel kien deher idur fi ħwienet f’Tal Pietàb’mod suspettuż.
L-avukat tal-imputat saħaq li Kelata għandu problemi ta’ saħħa mentali u droga. Huwa ngħata l-libertà proviżorja sakemm jitlesta rapport dwar l-akkużar qabel ma l-maġistrat taqta’ s-sentenza.