Petar Mladenovic ingħata l-ħelsien mill-arrest b’diversi kundizzjonijiet wara li kien allegatament involut fi ġlieda ma xufier ta’ taxi u martu fil-Furjana fis-siegħat bikrin tal-Ħadd filgħodu.
Is-Serb ta’ 23 sena darab gravi lix-xufier bi ġrieħi f’imnieħru u xoftu.
Il-Maġistrat Ian Farrugia taħ il-ħelsien mill-arrest b’depositu ta’ 500 ewro u garanzija personali ta’ 500ewro. Dan filwaqt li ordnalu ukoll jiffirma l-għassa darba fil-ġimgħa u li ma jersaqx lejn il-vittmi.