Il-President ta’ Malta, George Vella laqa’ lill-President tal-Kroazja, Zoran Milanović fil-Palazz tal-President fil-Belt wara ċerimonja fi Pjazza San Ġorġ, li matulha l-President Kroat ġie milqugħ mill-Prim Ministru Robert Abela, l-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia u Membri Parlamentari.
Fil-Palazz kellhom laqgħa bejniethom filwaqt li skambjaw rigali lil xulxin.
Wara ndirizzaw lill-midja. Fid-diskorsi intqal kif iż-żewġ pajjiżi qed iffittxu aktar kollaborzzjoni kemm turistika u anke kummerċjali.
Isemma’ wkoll dwar il-fatt li l-Kroazja, fil-bidu tas-sena d-dieħla se tidħol fiż-Żona Ewro, jiġifieri se taddotta l-munità Ewro.
Iż-żewġ presidenti mbgħad poġġew girlandi fuq il-Monument tal-Gwerra fil-Florinana.
Intant, il-President Kroat se jkun qed jiltaqa’ mal-Prim Ministru Malti, Robert Abela, fil-5.00 ta’ wara nofsinhar.
Il-President Milanović bħalissa jinsab Malta fuq żjara statali li se tintemm għada.