Infrastruttura Malta ħabbret li tul il-lejl ta’ Tnejn u s-sigħat bikrin tat-Tlieta filgħodu, Vjal l-Avjazzjoni se tkun magħluqa hekk kif se jkun qed isir xogħol biex tittella’ fuq il-post gverta ta’ 34 metru tal-pont ġdid għall-mixi u r-roti bejn Ħal Luqa u l-Gudja.
It-triq se tkun magħluqa bejn it-8 ta’ filgħaxija sal-5 ta’ filgħodu.
Intant bejn it-8 u d-9 ta’ filgħaxija se tkun qed tingħalaq Triq Ħal Far, bejn Ħal Far u l-Gudja, sakemm l-istruttura tinġarr fuq il-post.
Infrastructure Malta appellat lis-sewwieqa biex isegwu t-tabelli għal rotot alternattivi fl-inħawi, fosthom Triq tal-Barrani, Triq il-Gudja, u Dawret il-Gudja.