L-aġenzija Infrastruttura Malta ħawlet 470 siġra madwar il-kampus tal-Università ta’ Malta.
Dawn is-siġar jinkludu dawk taż-żebbuġ, taż-żnuber u taċ-ċipress.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan tħabbar fuq il-paġna tal-aġenzija fuq Facebook, fejn intqal kif saret sistema tat-tisqija għal dawn is-siġar.
Dan apparti wkoll li żdiedet il-ħamrija biex jitjieb l-ambjent li fih se jikbru dawn is-siġar.