L-aġenzija tal-Gvern Infrastruttura Malta qed taħdem id f’id mal-awtoritajiet tas-saħħa biex tiżgura saħħet l-impjegati u l-kuntratturi tagħha wara li xi ħaddiema fil-proġett tal-Junction tal-Marsa nstabu pożittivi għall-Covid-19.
Fi stqarrija Infrastruttura Malta qalet li l-ħaddiema li setgħu kienu f’kuntatt ma’ dawk pożittivi qegħdin fi kwarantina u qegħdin isegwu l-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa.
Qalet ukoll li qed titkellem mal-kuntratturi ta’ dan il-proġett bil-għan li tnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt ta’ din is-sitwazzjoni fuq id-dati tat-tlestija.
Dan hekk kif bħalissa għaddejjin l-aħħar xogħlijiet biex jitlestew tliet flyovers oħra u jinfetħu aktar kareġġjati f’dan il-proġett ta’ €70 miljun fir-rotta ewlenija lejn in-Nofsinhar ta’ Malta.