Wara li kkonsultat mal-awtoritajiet tas-saħħa, l-aġenzija tal-Gvern Infrastruttura Malta nediet miżuri addizzjonali bil-għan li jitnaqqas it-tixrid tal-Imxija tal-Coronavirus. Dan sabiex il-ħaddiema kollha li jaħdmu fit-toroq u max-xtut sabiex iwettqu bosta proġetti u xogħlijiet oħra, jkunu aktar protetti.
Infrastruttura Malta qiegħda tħeġġeġ il-kuntratturi tagħha sabiex iħarsu saħħet il-ħaddiemam il-familji tagħhom u l-komunità ta’ madwarna.
Infrastruttura Malta rringrazzjat lill-ħaddiema li minkejja li qegħdin ngħixu żminijiet diffiċli baqgħu għaddejjin bix-xogħol tagħhom.