Fl-aħħar ġimgħat, l-aġenzija Infrastructure Malta temmet ix-xogħlijiet infrastrutturali f’numru ta’ toroq f’diversi nħawi tal-pajjiż.
F’filmat fuq il-midja soċjali juri t-triq li tlestew minn din l-aġenzija. Fost il-lokalitajiet fejn jinsabu dawn it-toroq li tlestew hemm l-Imqabba, Tal-Pietà, Ħal Luqa u Ħal Balzan.
L-aġenzija tenniet li dawn it-toroq inqalgħu mill-qiegħ u saru servizzi ġodda għall-kwalità aħjar tar-residenti u kull min jgħaddi minn dawn it-toroq residenzjali.
Infrastructure Malta temmet tirringrazzja lit-tim ta’ professjonisti tal-aġenzija u lill-ħaddiema, filwaqt li rringrazzjat ukoll lir-residenti tal-koperazzjoni.