Matul il-ġimgħat li ġejjin, l-aġenzija Infrastructure Malta se tagħmel xogħlijiet ta’ emerġenza fi Triq Tas-Sejba, fl-Imqabba.
ONE News tkellem mal-Perit ta’ din l-aġenzija Raphael Abdilla li spjega li din it-triq hija mibnija bejn żewġ barrieri; b’naħa fuq blat sod u n-naħa l-oħra fejn hemm barriera li kienet imtliet u twessat it-triq – biex din it-triq ġiet b’żewġ karreġġjati.
Il-Perit Abdilla qal li hemm partijiet minn din it-triq li qegħdin jinżlu u partijiet li ggravaw riċentament.
Għalhekk saru spezzjonijiet u ġie deċiż li jsir intervent urġenti.
Qal, “Iddeċidejna li mhix sigura li tibqa’ miftuħa u għaldaqstant se nkunu qed nintervjenu anki permezz ta’ expertise ta’ structural engineer li ħa jkun qiegħed abbażi ta’ korsi li jibdew fil-ġranet li ġejjin jiddisinja struttura biex iżżomm it-triq, ħa jkun hemm CCTV – kamera li tidħol fis-servizzi li hemm tad-dranaġġ eżistenti biex naraw jekk għandux bżonn jinbidel jew ġarrabx ħsarat u minnhekk se nkunu qed ninbnu t-triq mill-ġdid fuq struttura, hekk ‘il quddiem it-triq ma terġax tinżel.”