Infrastructure Malta qalet li għamlet rapport mal-pulizija biex tinvestiga u tieħu azzjoni fuq żbir ta’ siġar mhux awtorizzat fi Vjal l-Indipendenza, il-Mosta.
L-aġenzija ikkonfermat li ma rċeviet l-ebda talba biex isiru dawn ix-xogħlijiet, wisq inqas ħarġet permessi biex isir dan iż-żbir.
Nhar il-Ġimgħa li għadda ONE News irrapporta kif erba’ siġriet fi Triq l-Indipendenza fil-Mosta kienu tqaċċtu b’mod brutali u aktarx b’vendikazzjoni minn quddiem villa, fejn tgħix mart il-kuntrattur Żaren Vassallo.
Dan ir-rapport sar wara li l-att qajjem rabja fost ir-residenti Mostin, u aktar minn hekk, l-iżjed li urta lil bosta kien kumment tas-Sindku Nazzjonalista Joseph Gatt fejn qal li l-kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, anke jekk is-siġar jinsabu fuq il-bankina pubblika.
Aqra aktar: