Data analizzata minn wieħed mill-mobiles ta’ Keith Schembri m’għandha l-ebda relevanza għall-investigazzjoni b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Dan qalu l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà lill-Qorti.
It-Tnejn id-Difiża ta’ Yorgen Fenech, mixli li huwa l-mandant fil-qtil ta’ Caruana Galizia, talbet biex ikollha aċċess għall-informazzjoni mill-mobile ta’ Schembri li skont hi tipprova l-innoċenza tal-klijent tagħha.
L-għada l-Avukat Ġenerali wieġeb billi kwota dak li qal il-Kummissarju tal-Pulizija li inkjesta Maġisterjali dwar l-omiċidju ġabret informazzjoni mill-mobile ta’ Keith Schembri iżda minnha ma joħroġx li hemm relevanza marbuta mal-qtil.