- Elezzjoni Ġenerali 2017: Votazzjoni f’San Vinċenz de Paule, fi 30 Dar tal-Anzjani u fl-Isptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali f’Għawdex
Il-Kummissjoni Elettorali avżat li l-jum tal-votazzjoni f’dawn l-istituzzjonijiet se jkunu dawn li ġejjin:
Residenza San Vinċenz de Paule u 30 Dar tal-Anzjani – is-Sibt, 27 ta’ Mejju, 2017
L-Isptarijiet Mater Dei, Karen Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – il-Ħamis, 1 ta’ Ġunju, 2017
Il-ħin tal-votazzjoni jkun mis-7.00 am sal-10.00 pm mingħajr waqfien.
Fil-każ tar-Residenza San Vinċenz de Paule u tat-30 Dar tal-Anzjani:
Jivvotaw f’dawn il-postijiet (fis-27 ta’ Mejju, 2017), dawk il-votanti li huma reġistrati f’dawn l-istituzzjonijiet, kif ukoll dawk kollha residenti (iżda mhux reġistrati bħala votanti fihom) sas-Sibt, 20 ta’ Mejju, 2017;
Dawk il-membri tal-familja jew persuni oħra li għandhom id-dokument għall-votazzjoni ta’ xi qraba jew persuni oħra bħalissa residenti f’San Vinċenz u fid-Djar tal-Anzjani għandhom jagħtu dan id-dokument lil din il-persuna sa mhux aktar tard min-nofsinhar tal-Ġimgħa, 26 ta’ Mejju, 2017;
Fis-27 ta’ Mejju ma jkunx hemm ħinijiet għall-viżitaturi f’dawn l-istituzzjonijiet.
Fil-każ tal-Isptarijiet Mater Dei, Karen Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex:
Jivvotaw f’dawn il-postijiet (fl-1 ta’ Ġunju, 2017) il-votanti rikoverati fihom sas-6.00 ta’ filgħaxija tat-Tnejn, 29 ta’ Mejju, 2017, u mhux kif jidher fuq id-dokument tal-votazzjoni tagħhom. Huwa importanti li dawn il-votanti jiżguraw li d-dokument tal-vot tagħhom ikun fil-pussess tagħhom sal-31 ta’ Mejju.
Skeda
01 | Floriana | Sir Paul Boffa Long Term Facility |
02 | Il-Ħamrun | Dar San Pawl |
03 | Tal-Pieta’ | Sa Maison Retirement Home |
04 | Santa Venera | L-Istitut ta’ Apap |
05 | Santa Venera | Casa Francesco |
06 | Bormla | Dar tal-Anzjani |
07 | Iż-Żejtun | Dar l-Anzjani |
08 | L-Imtarfa | Dar għall-Anzjani |
09 | Ir-Rabat (M) | Villa Messina |
10 | Ir-Rabat (M) | Dar Saura |
11 | Ir-Rabat (M) | St Elizabeth Home |
12 | Ħal Balzan | Casa Antonia |
13 | Birkirkara | Dar tal-Kleru |
14 | L-Imsida | Marina Palace |
15 | L-Imsida | Dar l-Anzjani |
16 | L-Imsida | Jasmine Nursing Home |
17 | San Ġiljan | Casa Leone XIII |
18 | San Ġiljan | Residenza tal-Anzjani, Sptar Zammit Clapp |
19 | Ħ’Attard | Monte Karmeli – Swali San Ġorġ Preca, Santa Bernardetta u St. Jeanne Antide |
20 | Ħ’Attard | Dar Santa Katerina |
21 | Ħ’Attard | Roseville |
22 | Il-Mosta | Sorijiet Franġiskani ‘Pax Et Bonum’ |
23 | Il-Mosta | Casa Arkati |
24 | Il-Mosta | Ċentru Anzjani |
25 | Il-Mosta | Central Home |
26 | Il-Mellieħa | Dar il-Madonna tal-Mellieħa |
27 | In-Naxxar | Dar Sagra Familja/Dar Loyola |
28 | In-Naxxar | Simblija Care Home |
29 | San Pawl il-Baħar | Casa Serena |
30 | San Pawl il-Baħar | Casa San Paolo |