L-istudenti li jixtiequ jsegwu l-istudji tagħhom fl-Istitut għat-Turiżmu bejn is-sena 2017-2018 jistgħu japplikaw bejn it-Tnejn 24 ta’ Lulju u l-Ġimgħa 4 ta’ Awwissu.
L-istudenti li diġà kienu jistudjaw f’din l-istituzzjoni jistgħu japplikaw biex ikomplu l-istudji tagħhom bejn it-Tnejn 7 ta’ Awwissu u l-Ġimgħa 11 ta’ Awwissu. Dawk l-istudenti li bħalissa qed isegwu kors l-ITS u jridu jagħżlu kors mill-programm il-ġdid tal-Istitut jistgħu jagħmlu dan sat-30 ta’ Ġunju.
Għall-ewwel darba, f’din is-sena skolastika, l-Istitut tat-Turiżmu se jkun qed joffri ukoll tliet programmi f’livell ta’ degree. Dawn it-tliet programmi jinkludu Gastronomy, International Hospitality Management u Culinary Arts. Fi stqarrija ntqal li dan huwa mument storiku għall-ITS.
Se jkunu qed isiru ukoll sessjonijiet ta’ informazzjoni fil-kampus tal-ITS f’San Ġiljan f’dawn id-dati:
Il-formoli tal-applikazzjoni u kopja tal-prospectus jistgħu jinġabru mill-uffiċċju tar-Registrar tal-ITS. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq +356 2379 3100/231/232.