Il-Kummissjoni Elettorali għarfet li bil-għan li tiffaċilita t-trasport tal-assistenti kummissjonarji elettorali biex jaslu fil-post tal-votazzjoni assenjati lilhom fis-6.00am nhar jum il-votazzjoni, is-Sibt 3 ta’ Ġunju 2017, b’arranġament ma’ Transport Malta, it-trasport pubbliku se jitħaddem aktar kmieni mis-soltu f’dak il-jum.
Ir-rotot skedati kollha 1, 2, 3, 4, 13, 14, 16, 21, 22, 24, 31, 35, 41, 42, 43, 44, 45, 46, 47, 48, 51, 52, 53, 54, 58, 61, 62, 63, 71, 72, 73, 81, 82, 83, 84, 88, 91, 92, 93, 94 u 122 se jitilqu mill-outstations fil-5.00am. L-istess rotot jitilqu mill-Belt Valletta fil-5.30am. Għal dan it-trasport ma jintalabx ħlas sakemm il-persuna turi t-tag tal-identità maħruġa mill-Kummissjoni Elettorali.
Wara li jsir id-depożitu tal-kaxex tal-voti u ta’ materjal ieħor tal-elezzjoni fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, wara l-10.00pm l-assistenti kummissjonarji elettorali jkollhom trasport ipprovdut (ukoll mingħajr ħlas) permezz ta’ minibuses lejn il-lokalitajiet kollha ta’ Malta.