Wara li eluf inġabru fuq il-Fosos ilbieraħ, ONE.COM.MT jista’ jiżvela li għall-aħħar mass meeting tal-Partit Laburista li se jsir se jkunu qed isir f’Ħal Far se jkunu qed janimaw l-ispettaklu artisti internazzjonali.
Il-mass meeting ta’ nhar il-Ħamis 1 ta’ Ġunju se jibda fl-16.00pm u mistenni li jintemm f’nofsillejl. Wara d-diskorsi se jkun qed isir after party li se jkun qed joffri spettaklu kbir sa nofsillejl.
Spettaklu li ser jinkludi l-aqwa mużika kummerċjali u ideali sabiex jitqajjem il-briju u l-atmosfera ta’ ċelebrazzjoni fil-mass meeting.
Mass meeting li se jkun indirizzat mill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qabel il-poplu jivvota fit-3 ta’ Ġunju għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna.