Il-membri stati tal-Unjoni Ewropea għandu jkollhom l-informazzjoni neċċessarja sabiex jiksbu aktar kompetenza għal titjieb fl-immaniġġjar ta’ sorsi radjuattivi b’konformita’ mal-kodiċi tal-kondotta fuq saħħa u sigurtá.
Dan qed jiġi diskuss f’konferenza li qed titlaqqa f’pajjiżna dwar l-effetti negattivi u l-prekawzzjonijiet meta nitkellmu dwar sorsi radjuattivi.
L-għan wara din il-konferenza kien biex il-parteċipanti responsabbli mill-immaniġjar ta’ sorsi radjattivi kemm fl-importazzjoni u l-esportazzjoni , biex jiksbu għarfien u ħiliet biex jippermettu kontroll komprensiv ta’ sorsi radjuattivi jiddaħħlu jew jinħarġu mill-pajjiż.
Il-parteċipanti qed jingħataw informazzjoni dwar il-miżuri ta’ protezzjoni u l-monitoraġġ ta’ sorsi radjuattivi. F’dan il-workshop qed tiġi diskussa l-koperazzjoni bejn il-korpi regolatorji u uffiċjali tad-dwana kif ukoll entitajiet oħra relevanti.
Il-Ministru Helena Dalli fissret kif Malta tinkoraġġixxi l-kollaborazzjoni bejn l-IAEA u l-Unjoni Ewropea, favur aktar sigurtá fejn jidħol l-immaniġġjar ta’ sorsi radjuattivi madwar id-dinja.
Għal dan il-workshop attendew 40 delegat minn 19 il-pajjiż differenti kif ukoll ħaddiema ta’ IAEA.