Il-Kummissjoni Elettorali informat lil dawk il-familjari jew persuni li rċevew id-dokument għall-votazzjoni għan-nom ta’ xi qraba jew persuni oħra li bħalissa huma residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paule, illi dawn għandhom jassiguraw li dan id-dokument għall-votazzjoni jingħataw lil dawn ir-residenti sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn, it-22 ta’ Mejju, 2017.
Dan hu meħtieġ sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel il-preparamenti u verifiki sabiex tassigura li dawn ir-residenti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tal-vot kif titlob il-liġi.
Il-Kummissjoni Elettorali spjegat li persuni mhux reġistrati bħala eletturi fir-Residenza San Vinċenz de Paule iżda preżentament residenti fl-imsemmi post ikunu jridu jivvutaw is-Sibt, is-27 ta’ Mejju, 2017, f’din ir-residenza.