Il-Kummissjoni Elettorali tappella lill-qraba tal-votanti li jinsabu rikoverati fl-isptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex (li kienu hemm reġistrati bħala pazjenti sas-6.00 pm tat-Tnejn 3 ta’ Ġunju) biex, jekk għad għandhom id-dokument tal-vot tal-pazjent, dawn għandhom immedjatament jikkonsenjawhom lill-pazjent biex ikun jista’ jivvota fl-isptar fejn hu rikoverat nhar il-Ħamis 6 ta’ Ġunju.
Fakkret kif min iżomm d-dokument tal-vot ta’ ħaddieħor, ikun qiegħed effettivament iċaħħadlu d-dritt tal-vot u dan hu kontra l-liġi, liem liġi tgħid b’mod ċar li min ikun fil-pussess illeġittimu ta’ xi dokument għall-votazzjoni….. hu ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab hekk ħati, multa jew priġunerija jew multa u priġunerija flimkien.
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li meta jinqala’ każ bħal dan, jintalab l-intervent tal-pulizija.