L-influencer kontroversjali Brittaniku, Andrew Tate, ġie arrestat flimkien ma’ ħuh wara investigazzjoni dwar traffikar tal-bnedmin kif ukoll stupru. Huma ġew arrestati waqt rejd li sar f’darhom fir-Rumanija.
Tate, eks kickboxer, mhux l-ewwel darba li għadda rimarki kontroversjali kontra n-nisa; fil-fatt, kien qal li n-nisa għandhom jerfgħu r-responsabilità huma meta jiġu stuprati.
Qed jiġi rrapportat li Andrew flimkien ma’ ħuh u żewġ persuni Rumeni ħolqu grupp ta’ kriminalità organizzata bl-iskop li jisfruttaw lin-nisa u jġiegħeluhom jagħmlu kontenut pornografiku biex jitella’ fuq is-sit tagħhom u jagħmlu l-qligħ minnu.
L-erba’ suspettati ilhom taħt investigazzjoni minn April li għadda.
Ritratt: Reuters