Eluf ta’ Maltin ibatu mill-Inflammatory Bowel Disease, magħruf bħala IBD: kundizzjoni kronika tal-musrana li tħalli impatt u li tikkundizzjona l-ħajja ta’ dawk li jbatu minnha.
Il-Konsulent Mediku Mario Vassallo spjega li din il-kundizzjoni hija waħda kronika.
Sintomi komuni tal-IBD huma uġigħ kbir fil-musrana, ippurgar bid-demm kif ukoll tnaqqis fl-aptit. Bosta jesperjenzaw uħud minn dawn is-sintomi, però Vassallo spjega kif ħadd m’għandu jallarma ruħhu qabel ma jkollu d-dijanjosi mingħand it-tabib.
Joe Farrugia, rappreżentant tal-għaqda maltija għall-Chron’s u collitis spjega kif meta ħamsa u tletin sena ilu kien irċieva id-dijanjosi ta’ IBD ma kinitx xi ħaġa faċli iżda bil-kura li ngħata u b’dieta apposta, huwa seta’ jgħix ħajja normali.
Farrugia spjega wkoll kif f’pajjiżi oħra Ewropej qed titqassam forma ta ID Card sabiex persuni li jbatu minn dawn il-kundizzjonijiet ikunu jistgħu jużaw il-faċilitajiet sanitarji ta’ stabbilimenti kummerċjali.
Minkejja li din is-sistema għadha mhux attwata lokalment, Farrugia huwa fiduċjuż li permezz ta’ aktar għarfien, fil-ġejjieni Malta se tkun qed issegwi lil dawn il-pajjiżi.