Infern fuq l-art, hekk ġiet deskritta s-sitwazzjoni f’Mariupol minn membru parlamentari Ukren fil-belt fejn jgħix.
Mariupol tinsab taħt l-attakk Russu, fejn saħħansitra lanqas hemm żoni li minnhom tista’ tgħaddi l-għajnuna umanitarja.
Madwar 300,000 resident jinsabu maqbuda fil-belt mingħajr affarijiet bażiċi bħal elettriku u ilma, u l-provvisti tal-mediċini u l-ikel huma skarsi. Il-kriżi f’din il-belt tista’ tmur għall-agħar hekk kif in-nies jispiċċaw ibgħatu l-ġuħ jew jinfirex il-mard.
Ir-residenti ta’ din il-belt qed iqattgħu ħafna mill-ħin tagħhom imsakkrin ġo xelters jew fil-kantini.
Is-sitwazzjoni barra fit-toroq hija tal-biki, bl-iġsma jitħallew mitluqa hekk kif huwa perikoluż wisq biex jittieħdu għad-dfin, u meta jkun hemm mument fejn isir dan, l-iġsma qed jindifnu f’oqbra tal-massa.