Infermiera tal-ambulanzi li taħdem fl-emerġenza sofriet ġrieħi f’wiċċha wara li qalgħet daqqa ta’ ponn mingħand pazjenta li marret sabiex tassisti fi l-Gżira. Il-każ seħħ għall-ħabta tat-15:00 fi Triq il-Vjani.
Immedjatament wara l-episodju t’aggressjoni fil-konfront tal-infermiera ġew imsejħa l-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit bl-investigazzjoni qed titmexxa mill-Pulizija tad-Distrett.